Il-ġunalist Amerikan tas-CNN Chris Cuomo tkeċċa talli għen lil ħuh, l-eks gvernatur ta’ New York Andrew Cuomo, waqt li kien qed jaffaċja allegazzjonijiet ta’ fastidju sesswali.
Id-deċiżjoni tal-kamra tal-aħbarijiet Amerikana waslet wara li ħarġet aktar informazzjoni dwar l-involviment ta’ Chris fid-difiża ta’ ħuh.
Andrew Cuomo kien irreżenja minn gvernatur wara li l-prosekuzzjoni kienet qalet li hu ta fastidju lill-impjegati tiegħu.
Il-ġurnalist kien ilu mill-2013 jaħdem mas-CNN, u sar wieħed mill-aktar preżentaturi popolari ta’ programmi kurrenti. Filfatt, huwa kien mexxa wkoll l-aħbarijiet u l-programmi relatati mal-elezzjoni presidenzjali tal-Amerika li saru s-sena li għaddiet.