Daphne Caruana Galizia, li jumejn ilu vvintat li kien hemm vann joħroġ il-karti mqattgħin minn Pilatus Bank, se jkollha tiffaċċja azzjonijiet legali ġodda.
Dan mingħand Saviour Balzan wara li kitbet fuq telefonati li suppost irċieva mingħand Keith Schembri. Fuq facebook kien ċar ħafna.
L-aħħar darba li għamel hekk kellha tiskuża ruħha. Fisser kif din hi parti minn sensiela ta’ gideb u m’għandux għażla ħlief li jieħu passi legali.