Il-qiegħa tisħon dwar il-kummenti ta’ Hitler li għamel il-kandidat tal-Partit Nazzjoanlista Salvu Mallia. Wara Simon Bususttil, kien imiss lil membru Ewroparlamentari David Casa jaqbeż għalih. Għalkemm bosta huma dawk il-kandidati, eks kandidati u persuni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista li mhux jaqblu miegħu.
Il-Partit Soċjalista Eworpew (PES) ikkundanna kliem Salvu Mallia, meta faħħar lil Hitler. Iżda għal David Casa, huwa Sergei Stanishev, il-President tal-PES, li huwa ħażin. Fi kliemu: “Mr Stanishev has lost the plot. Who is he trying to fool by linking Partit Nazzjonalista to Adolf Hitler?”
Iżda l-“link” m’għamiliex il-Partit Soċjalista Ewropew, imma Salvu Mallia; fatt innotat anke minn mezzi tax-xandir internazzjonali, bħal Politico.
L-attitundi ta’ Savlu Malli m’hi tinżel tajjeb xejn internament, anke wara l-kummenti tiegħu fuq l-abort u l-ewtanażja. Ħafna huma l-kandidati li qed jgħidu tagħhom – għalkemm Simon Busuttil jibqa’ jiddefendih.