Fl-aħħar sentejn u nofs, l-aġenzija Infrastruttura Malta ħawwlet aktar minn ħamsin elf siġra madwar pajjiżna.
Dan intqal mill-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg, waqt żjara f’Tas-Salib fir-Rabat, fejn tħawwlu siġar ġodda.
Il-Ministru Borg qal kif fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, l-aġenzija ħawwlet mal-10,000 siġra.
Dan l-ammont iqarreb l-ammont li l-aġenżija ħawwlet matul is-sena li għaddiet, dak ta’ 11,000 siġra.
Waqt din iż-żjara ġie spjegat kif bħal ma jsiru f’proġetti simili, l-aġenzija Infrastruttura Malta għamlet is-servizzi meħtieġa sabiex tibqa’ ssaqqi u tieħu ħsieb dawn is-siġar għal diversi snin.
Bl-ammont ta’ siġar li se tkun ħawwlet sa tmiem dan ix-xahar, Infrastruttura Malta se tkun żiedet mat-tletin elf siġra fil-ġnub tat-toroq u f’siti oħrajn urbani u rurali f’Malta.