Diversi vjaġġi bil-ferrovija minn u lejn Londra, ġew imħassra, minħabba għargħar li laqat lill-belt, li wassal ukoll biex faret ix-xmara Thames.
Kawża ta’ dan diversi vjaġġaturi ma setgħux jivvjaġġaw bejn Londra u Pariġi, permezz tal-ferrovija Eurostar.
Kelliema għall-kumpanija, li toffri servizzi bejn Londra, Pariġi, Brussell u Amsterdam, qalet li dawn is-servizzi twaqqfu minħabba l-għargħar.
Minkejja dan, jirriżulta li s-servizzi huma mistennija li jissoktaw, minkejja li huwa mistenni dewmien.
L-uffiċju metereoloġiku Brittaniku, ħabbar li aktar riħ u xita, huma mistennija jikkaratterizzaw dan iż-żmien ta’ festi, f’Londra u fin-nofsinhar tal-Ingilterra.
Tul dawn iż-żminijiet ta’ festi, huma bosta li jagħzlu li jivjaġġaw bejn iż-żewġ pajjiżi.