Morgan Onuorah, li kien arrestat fl-2010 mixli b’involviment fix-xiri tad-droga, kellu evidenza mressqa kontrih mħassra wara li ma kellux avukat waqt l-interrogazzjoni.
Fiż-żmien tal-arrest tiegħu, jiġifieri fl-elfejn u għaxra, il-liġi Maltija ma kinitx tikkorrispondi mal-liġi tal-Unjoni Ewropea, u għalhekk l-akkużat ma kellux għajnuna legali waqt l-interrogazzjoni.
Fil-fatt il-Prim Imħallef qal li kien id-dmir tal-Gvern ta’ dak iż-żmien li jaġġorna l-liġijiet tiegħu u jkun konformi ma’ dawk Ewropej.
Il-liġi tad-dritt tal-avukat waqt l-interrogazzjoni daħlet fl-2016.
Il-Qorti qalet li l-akkużat ma kellux assistenza legali li setgħet tiġbidlu l-attenzjoni li b’dak li jgħid jinkrimina lilu nnifsu.