Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li hu mħasseb ferm wara li inkjesta interna sabet li x-xandar Martin Bashir iffalsifika dokumenti meta fl-1995 intervista lill-Prinċipessa Diana. Rapporti qed jgħidu li l-BBC, li fuqu xxandret l-intervista, ħeba l-fatti dwar Bashir biex jipproteġi l-intervista.
Johnson qal li l-BBC għandu jassigura li dan l-episodju ma jerġax jirrepeti ruħu.