Kull sena 250,000 tifel u tifla fl-Unjoni Ewropea jkunu dikjarati nieqsa. Tlieta minn kull erba’ li jinħatfu jinqatlu fl-ewwel tliet sigħat biss minn x’ħin jinħatfu.
Fid-dawl ta’ dan, grupp ta’ Membri Parlamentari Ewropej, inkluż Miriam Dalli, ħadmu dwar dikjarazzjoni bil-miktub li ġabet l-appoġġ ta’ aktar minn 460 Membru Parlamentari Ewropew
Filwaqt li esprimew il-preokkupazzjoni tagħhom, diversi Membri Parlamentari sejħu għal titjib fil-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi membri fis-sistemi ta’ emerġenza biex jinstabu tfal neqsin li jkunu qegħdin fil-periklu, u titjib fil-mekkaniżmi ta’ allert fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
Permezz ta’ din id-dikjarazzjoni bil-miktub, il-Membri Parlamentari Ewropej qed jitolbu lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni Ewropea biex jattwaw pjan b’ħames proposti imħejji minn Network polizjesk.
Il-Kummissjoni Ewropea qed tintalab li tagħmel kull sforz biex tinkoraġġixxi l-prattika li permezz tagħha, l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, l-awtoritajiet tal-fruntieri u l-pubbliku fil-pajjiżi tal-madwar jiġu infurmati immedjatament.