Meta mqabbel mal-ġirien Ewropej tagħna, in-numru ta’ fatalitajiet tal-inċidenti tat-traffiku f’ pajjiżna huma ferm inqas. Madanakollu, tnax-il fatalita f’ sebgħa xhur qanqlu r-reazzjoni ta’ bosta.
Fosthom tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Kumpaniji tal-Assigurazzjoni li qed jisħqu li hemm bżonn ta’ bidla fil-liġi li tirregola t-testijiet tal-Breathalyzers mill-Pulizija biex kull darba li jsir inċident serju tat-traffiku, b’mod mandatorju dan it-test isir. Iktar minn hekk, l-assocjazzjoni qed titlob li dan it-test isir ukoll b’ mod każwali, iġifieri mingħajr il-bżonn li jkun hemm suspett ta’ sewwieq li qed isuq taħt l-influenza tal-alkohol jew sustanzi oħra.
Iżda, ma’ One News s-Supretendent Mario Tonna, mit-Taqsima tat-Traffiku, stqarr li fil-verita- il-pulizija qegħda tagħmel iktar spezzjonijiet u li lil’ hinn mis-sewqan taħt l-influenza tal-alkohol, is-Supretendent isostni li hemm erbgħa qattiela oħra fit-toroq- l-użu tal-mobile waqt is-sewqan, sewqan mingħajr seatbelt, sewqan fuq redlights u over speeding.