Id-diskorsi tal-Prim Ministru Joseph Muscat u tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia b’reazzjoni għall-baġit għas-sena d-dieħla kienu taħt il-lenti ta’ bosta ġurnalisti indipendenti.
Fil-programm Arena li xxandar l-Erbgħa filgħaxija, l-editur tal-Orizzont Roberto de Brincat sostna li d-differenza primarja fid-diskorsi kienet il-pożittività tal-Prim Ministru u n-negattività tal-Kap tal-Oppożizzjoni.
“SFORTUNATAMENT ADRIAN DELIA TELGĦA BL-GĦAJTA TA’ NEW WAY U TUL DAN IL-PERJODU KOLLU GĦADNA MA RAJNA XEJN MINN DAN IN-NEW WAY”
De Brincat sostna li Delia baqa’ bl-istess tattika distruttiva tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil. Qal li minkejja li l-gvern qed jikseb rizultati u mfaħħar minn agenziji barranin, għal Delia dawn ma jgħoddu xejn.
“ISSA WIEĦED JISTAQSI JEKK IL-PAJJIŻ MIXI BLA PJAN U NIKSBU SUPRLUS WIEĦED WARA L-IEĦOR JEKK QEGĦDIN KWAZI F’SITWAZZJONI TA’ FULL EMPLOYMENT, MELA KIEKU GĦANDNA PJAN KEMM KIEN IKOLLNA RIŻULTATI AĦJAR”
Il-ġuranlist ta’ The Times of Malta, Matthew Xuereb qal li l-baġit għas-sena d-dieħla jolqot faxex tas-soċjetà li veru għandhom bżonn l-għajnuna. Madankollu sostna li l-Gvern xorta jeħtieġ li jkompli jindirizza l-faqar li għad hawn f’pajjiżna.
“FUQ IL-BAĠIT PERSE FTIT HEMM X’TIKKRITIKA GĦAX KIEN BUDGET MILQUGĦ TAJJEB MIN-NIES GHAX HUWA BAGIT LI JRODD IN-NIES FTIT MIS-SUĊĊESSI LI QED JAGĦMEL IL-PAJJIZ. IL-PAJJIŻ SEJJER TAJJEB U MHEMMX DUBJI DWAR DAN.”
Dwar il-ħaddiema barranin, is-Sur Xuereb qal li dawn jikkontribwixxu lill-ekonomoija tal-pajjiz u m’hemmx ghax noqogħdu nwerwru lin-nies bihom.
Tal-istess fehma, il-ġurnalista ta’ The Malta Independent Rachel Attard.
“L-UNIKA ĦAGA LI BEZZAGĦNI ĦAFNA DR DELIA HIJA META SEMMA L-ISSUE L-INTELLIGMENT MIGRATION – JIEN NISTAQSI NITTAMA LI L-KAP MHUX QED JAGĦMEL DAN ID-DISKORS B’INTERNZJONI XENOFOBIKA BIEX JIKKREA RAŻŻIMŻU”
Waqt li sostniet li l-Gvern jrid jgħid kif se jindirizza l-isfidi li dawn il-ħaddiema qed ipoġġu fuq pajjiżna fosthom fuq l-infrastruttura, Attard sostniet li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jispjega sew x’qed jipproponi.
“IL-KOP IRID JGĦIDILNA JEKK HUX SE JIKKREA AMMONT TA’ NIES LI JIDĦLU F’PAJJIŻNA JIGIFIEIR JKUN HEMM KWOTA – IRID JGHIDILNA JEKK GHANDUX DIN L-IDEA F’MOHHU – GHAX JEKK GHANDU DIN L-IDEAN GĦANDNA PROBLEMA OHRA – L-UE MHIX SE TACCETTA GHAX AHNA MEMBRI TA-UE U ALLURA X sE TGHID TLAJNA MA JIGIX GERMANIZ MA JIGIX MA TISTAX TAGHMILHA DAWN L-AFFARIJIET FL-EWROPA”
Id-direttur Maniġerjali tal-MaltaToday Saviour Balzan sostna li għal kuntrarju ta’ dak li stqarr il-Kap tal-Oppożozizzjni m’hemmx is-sitwazzjoni li l-barranin qed jieħdu xogħol il-Maltin.
“IMMA L-VIZJONI HIJA HAZIN LI NGĦIDU LI L-PROBLEMA HUMA L-BARRANIN DIN MA NISTAX NIFHIMHA”
Is-Sur Balzan qal li dan l-argument huwa politikament żbaljat u l-ikbar problema li għandu l-Kap tal-Oppożizzjoni hi li meta jiftaħ il-bieb filgħodu jsib il-ġenerali tiegħu li jobsqulu f’wiċċu.
“L-IKBAR PROBLEM LI GĦANDU APPARTI L-FATT LI GHANDU EKONOMIJA GVERN LI GĦANDU DIREZZJONI CARA GVERN FIL-POTER LI GHANDU POLTIKA LI QED TIRNEXXI GĦANDU PROBLEMA LI L-ĠENERALI TIEGHU STESS QED IDUR KONTRIH – GĦANDEK LIL XI ĦADD LI META JKUN FILGĦODU MA JSIBX IL-KENN U L-APPOĠĠ TAL-ĠENERALI TIEGĦU IŻDA MIN JAGĦTIH IL-GAMBETTA”