- Dawk jirreġistraw jinżlu għal 3,511
- L-ikbar tnaqqis fost iż-żgħażagħ
In-numru ta’ persuni jirreġistraw għal impjieg niżel għal 3,511. Li jfisser nofs in-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol fi tmiem amministrazzjoni preċedenti meta jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ kien hemm 7,350 persuna. Differenza ta’ 3,839 iktar.
Din kienet t-tieni darba li n-numru ta’ dawk li qed jirreġistraw biex issibu mpjieg niżel taħt l-4,000 mill-1980 ‘l hawn.
Meta mqabbel ma’ sena ilu l-qgħad totali naqas b’1,822 persuna.
Dan ifisser li wieħed minn kull tlett persuni li kienu mingħajr impjieg sena ilu llum sabu mpjieg.
Fl-aħħar tnax-il xahar kien hemm tnaqqis ta’ 343 fin-numru ta’ żgħażagħ bla xogħol. Biex mill-bidla fl-amministrazzjoni dan niżel b’935.
Filfatt, skont il-Eurostat, pajjiżna issa għandu t-tieni l-anqas rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Naqsu wkoll il-persuni jirreġistraw fost dawk li għandhom iktar minn 45 sena u dawk li kienu ilhom jirreġistraw iktar minn sena. Fost il-persuni b’diżabbiltà kien hemm tnaqqis ta’ iktar minn 60% fin-numru ta’ persuni jirreġistraw meta mqabbel mal-bidu ta’ amministrazzjoni preċedenti.