B’referenza għad-deċiżjoni tal-Awtorita’ tal-Ippjanar li jkun rifjutat permess ta’ żvillupp għal blokka ta’ appartamenti fiż-żona msejħa tal-Mensija f’San Ġwann, Kunsill Lokali preċedenti b’maġġoranza Nazzjonalista ma kienx oġġezzjona formalment għal dan il-proġett.
Il-Kunsill Lokali l-ġdid ingħata l-ġurament ta’ ħatra fil-bidu ta’ Lulju li għadda, meta il-perjodu biex jiġu reġistrati oġġezzjonijiet kien għalaq.
Minkejja dan il-fatt, il-Kunsill Lokali b’maġġoranza Laburista baqa’ jsegwi l-proċess b’interess u llum s-Sindku Trevor Fenech rapreżentant tal-Kunsill lokali kollu kien preżenti għas-seduta u saħaq fuq l-importanza li jiġu salvagwardjati l-interessi ekoloġiċi u storiċi fis-sit imsemmi.
http://www.one.com.mt/2019/12/16/rifjutat-permess-ghal-zvilupp-fil-mensija/