L-Assocjazzjoni tal-Magistrati u Imħallfin esprimiet sodisfazzjon għal-ligi li għadha kif għaddiet mill-Parlament fejn kienet emendata l-Kostituzzjoni ta’ Malta u ntrodott, fost affarjiet oħra, pensjoni għall-membri tal-Ġudikatura.
Fi stqarrija l-Assocjazzjoni osservat bi pjaċir li din il-leġiżlazzjoni għaddiet mill-Parlament bil-vot unanimu tal-deputati tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni.
L-Assoċjazzjoni qalet li tqis li din il-legiżlazzjoni sejra ssaħħaħ il-qasam tal-amministrazzjoni tal-Ġustizzja ta’ pajjiżna anke għaliex qed tirrikonoxxi r-rwol vitali li għandha l-Ġudikatura fit-tisħiħ tad-demokrazija fil-pajjiż.