L-Imħallef Toni Abela rrikuża ruħu mill-kawża kostituzzjonali li fetħu l-aħwa Alfred u George Degiorgio, mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Huma qed jallegaw li l-interċettar ta’ telefonati mis-servizzi ta’ sigurtà Maltin jammonta għal ksur tad-drittijiet tagħhom.
L-Imħallef irrikuża ruħu wara li saret talba mill-Avukat tal-Istat.
Huwa kien qed jirreferi għall-kawża deċiża mill-Imħallef Abela x-xahar li għadda, li permezz tas-sentenza George Degiorgio ngħata kumpens ta’ €10,000 minħabba li ntqal li l-interċettar tat-telefonati kien illegali.