L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera saħqet li wasal iż-żmien li f’pajjiżna jibda tintuża brazzuletta elettronika li tintlibes mas-sieq tal-akkużati biex ikun sorveljat f’każ li jingħata l-ħelsien mill-arrest.
Il-Qorti qalet dan f’digriet li fih laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Mustafa Abu Seadah li jinsab mixli bi stupra ta’ mara.
Fid-digriet tagħha, l-imħallef ħadet l-opportunità li ssejjaħ lill-awtoritajiet biex jiddaħħal l-electronic tagging f’pajjiżna.
Dan hekk kif bħalissa l-uniku kundizzjonijiet li l-qorti tista’ timponi fuq l-akkużati meħlusa mill-arrest huma li ma joħorġux mid-dar, li jiffirmaw fl-għassa, garanzija personali u depożiti finanzjarji.
Madankollu d-dħul ta’ din is-sistema tpoġġi lill-pajjiżna f’qagħda aħjar biex tissorvelja l-akkużati li jkunu ngataw il-arrest mill-arrest sakemm jintemm il-każ.
L-imħallef qalet li l-eks deputat Franco Debono kien ippropona l-użu ta’ din is-sistema fl-elfejn u tnax.