Sbatax-il stat fl-Istati Uniti ħarrku lill-amministrazzjoni tal-President Donald Trump fuq is-separazzjoni krudili u kontra l-liġi tal-familji immigranti.
L-Avukati Ġenerali Demokratiċi ta’ stati li jinkludu Washington, New York u Kalifornja fetħu kawża fil-Qorti.
L-azzjoni legali toġġezzjona l-politika li tirrifjuta d-dħul ta’ dawk li qed ifitxu l-ażil fil-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku.
Sadanittant, imħallef f’Kalifornja ordna li l-familji kollha ta’ immigranti mhux dokumentati li ġew separati fil-fruntiera għandhom jerġgħu jingħaqdu fi żmien tletin ġurnata.