Fl-Istati Uniti, imħallef waqqaf l-implimentazzjoni ta’ liġi li twaqqaf il-maġġoranza assoluta tal-abort.
Dan l-abbozz ta’ liġi jwaqqaf lill-mara milli tirrikorri għall-abort mas-sitt ġimgħa ta’ tqala. Qabel ħafna nisa jindunaw li huma tqal.
Minkejja dan, erbgħa u għoxrin siegħa wara, l-Imħallef Clifton Newton fl-istat ta’ South Carolina, waqqaf din il-liġi u rreferiha lill-Qorti Suprema sabiex tiġi riveduta.
Il-maġġoranza tal-istati li qegħdin fin-Nofsinhar tal-Istati Uniti naqqsu d-drittijiet u l-aċċess għall-abort wara li l-Qorti Suprema, is-sena l-oħra, iddikjarat li l-abort m’għadux dritt.