L-iskandlu dwar abbuż fuq tfal fid-dinja tal-futbol Ingliża ħa xeħta differenti hekk kif plejer li kien jilgħab ma’ wieħed mill-akbar klabbs, akkuża lill-istess klabb li ġiegħlu jibqa’ sieket dwar dawn l-allegazzjonijiet.
Gary Johnson, li kien jilgħab ma’Chelsea bejn l-1970 u 1980, allega li t-tim tal-Premier ħalsu £50,000 u saqsieh biex jiffirma kuntratt ta’ kunfidenzjalitá biex ma jitkellimx fil-pubbliku dwar l-allegat abbuż minn eks-scout tal-futbol Eddie Heath.
Johnson, li issa għandu 57 sena, qal li Heath, li minn dak iż-żmien l’hawn miet, abbużah sesswalment mill-etá ta’ tlettax-il sena. Huwa stqarr li t-tim kien qed iħallsu biex ma jitkellimx aktar. “Il-partitarji kollha għandhom ikunu jafu l-veritá u min jaf kemm hemm aktar plejers li għaddew mill-istess abbuż?” saqsa Johnson.
Huwa allega li aktar vittmi ġew imħallsa biex ma jitkellmux dwar din ir-realtá u li l-ebda klabb tal-futbol m’għandu jaħrab mill-liġi.