Għada huwa l-jum tal-maħbubin. Għal din l-okkażjoni, G Media ħadmu fuq produzzjoni bl-isem “Imħabbti”, li għandha l-għan li twassal messaġġ sinnifikanti.
Il-produzzjoni turi intervista ma’ koppja gay li bdew il-proċess biex jaddotaw, omm b’tewmin, omm ta’ tifla b’abilitajiet differenti, u Kevin u Kurt Calleja.
Minn dawn l-intervisti, toħroġ l-importanza li l-imħabba tiġi ċċelebrata fl-intier tagħha, kemm jekk hija waħda romantika, fraternali jew maternali.
“L-Imħabba hija ħafna iżjed minn ward aħmar jew minn Kupidu. L-imħabba hija versatili. Dipendenti fuq il-bniedem innifsu. Indipendenti mill-preġudizzji. Ma hemmx definizzjoni waħda tal-Imħabba u b’hekk ġiet l-idea ta’ “Imħabbti”. X’inhi imħabbtek? Kif tiddefinixxiha? X’igiegħlek tħobb? Kif iżżomm l-imħabba b’saħħitha?”
Dawn huma punti ta’ diskussjoni li tqajjem din il-produzzjoni, li tista’ tara silta minnha hawn: