Delegati minn erbgħa u għoxrin pajjiż u l-Unjoni Ewropea aċċettaw li l-Baħar Ross fl-Antartika jsir l-ikbar żona marittima protetta fid-dinja.
Madwar sitt mitt elf mil kwadru tal-Oċejan Antartiku se jkollu l-protezzjoni mis-sajd għal ħamsa u tletin sena.
Ambjentalisti laqgħu dan il-pass biex tiġi protetta dik li qed jingħad li hija l-iktar ekosistema marittima verġni fid-dinja.
Huma jemmnu li din se tkun l-ewwel minn ħafna żoni li se jkunu protetti fl-ibħra internazzjonali.