Fil-Baġit 2024 tħabbar li għas-sena d-dieħla se jkunu qed jiżdiedu l-bonus għat-twelid u l-adozzjoni.
Fil-fatt, mis-sena d-dieħla, kull wild se jingħata bonus ta’ €500, minflok €400, u bonus ta’ €1,000, minflok €400, għat-tieni wild ġdid jew aktar fil-familija.
Minn dan it-titjib se jkunu qed igawdu mat-3,200 familja.
Sadanittant se jitwessa’ l-benefiċċju għal ġenituri li bdew jaħdmu u li jinterrompu l-karriera biex jibnu familja, inkluż min jadotta. Dawn il-ġenituri jibbenefikaw minn krediti fil-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali għal kull wieħed mill-ewwel tlett itfal li jkunu rabbew.
Issa, mis-sena d-dieħla dan il-benefiċċju se jitwessa’ biex il-ġenituri li l-ewwel bnew familja u mbagħad daħlu fid-dinja tax-xogħol, ikunu wkoll intitolati għal dawn il-krediti tat-trobbija minħabba li sal-lum ma kinux.