Waqt konferenza stampa, is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 u għall-Affarijiet Ewropej Ian Borg ħabbar żewġ proġetti mmirati li jappoġġjaw il-komunitajiet u t-titjib għal stil ta’ ħajja aħjar.
L-ewwel proġett: Il-‘Paola Primary Health Care Southern Regional Hub’, se jkun qed jipprovdi u jappoġġja numru ta’ faċilitajiet tas-saħħa primarja, kollha taħt saqaf wieħed, u b’hekk jipprovdi dispożizzjoni ta’ kura tas-saħħa ta’ “one-stop-shop” għar-reġjun tan-Nofsinhar. Is-Segretarju Parlamentari Borg enfasizza li l-proġett il-ġdid tal-hub għas-saħħa primarja fin-Nofsinhar ta’ Malta jiswa’ aktar minn €39 miljun li €33 miljun minnhom se jkunu ffinanzjati mill-UE u ser iġibu il-kura tas-saħħa primarja eqreb lejn il-komunità u jtaffu l-pressjoni minn faċilitajiet ta’ kura sekondarja.
Is-Segretarju Parlamentari Borg qal li mas-servizzi li diġà jeżistu fis-saħħa primarja, bil-hub propost tas-saħħa reġjonali, id-Dipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja se jkun f’pożizzjoni li jipprovdi total ta’ 25 servizz, li jinkludu Teatru t’Emerġenza, Klinika dentali, Servizz għas-Saħħa Mentali, Klinika tad-Dimenzja, Ambulanza, Klinika ghall-istil ta’ ħajja aħjar, u faċilitajiet ta’ operazzjonijiet minuri. B’żieda ta’ madwar 8% fis-sena, hu kkalkulat li se jkun hemm madwar 600,000 kuntatt minn pazjenti fis-sena f’dan il-hub sas-sena 2020.
It-tieni proġett imħabbar huwa t-Tieni Fażi tas-MCAST Master Plan ġewwa Kordin, bi spiża totali tal-proġett ta’ €33 miljun, li €31 miljun minnhom huma fondi tal-UE. Dan ser jitkompla wara li l-Ewwel Fażi tal-MCAST Campus Master-Plan ġiet kompluta b’investiment ta’ madwar €18.4 miljun, b’fondi Ewropej, u kienet tikkonsisti fil-bini tal-Institute of Business and Commerce, Institute of Applied Sciences, u Student House bil-parkeġġ taħtu.
Dan il-proġett jinkludi l-fażi li jmiss tal-kostruzzjoni tal-MCAST Main Campus, u se jkun jinkludi diversi faċilitajiet: l-Bini u Kostruzzjoni (BC), l-Istitut tal-Inġinerija u t-Trasport (IET), Ċentru għar-Riżorsi tal-MCAST (MRC) u l-Istitut tal-Informazzjoni u Komunikazzjoni u Teknoloġija (IICT).
Il-bini IET għandu jkun magħmul minn sitt sulari – 1,460 metru kwadru u żona totali ta’ bini ta’ 9,680 metru kwadru. Għandu jikkomprendi numru ta’ laboratorji, ‘workshops’ u kmamar għall-proġetti, klassijiet, kmamar għall-CAD u t-tpinġija fost l-oħrajn. Iċ-Ċentru tar-Riżorsi huwa bini li ser jintuża għal diversi skopijiet – ser jinkludi d-Dipartimenttal-Innovazzjoni u t’Intraprenditorija, l-Apprendistat u t-Tagħlim bbażat fuq ix-xogħol, u l-librerija fost oħrajn. Il-binital-IICT għandu jinkludi d-Dipartiment tal-Informazzjoni, Data Management, l-Arkivji, u parti mill-ICT ser jinkludi kmamar ta’ studju, laboratorji tal-IT, uffiċċji u swali tal-laqgħat. It-tliet binjiet ġew imfassla biex ikunu mgħammra bl-aħħar teknoloġija sabiex jipprovdu ambjent ta’ tagħlim ta’ kwalità għolja għall-istudenti, spjega s-Segretarju Parlamentari Borg.
Dawn iż-żewġ proġetti ser itejbu l-kura tas-saħħa primarja u s-servizzi bbażati fil-komunità fil-qasam tan-Nofsinhar ta’ Malta. Il-Paola hub għas-Saħħa Primarja se jtaffi mill-pressjoni li hemm fuq l-isptar ġenerali biex b’hekk dan tal-aħħarser jiffoka aktar fuq il-provvista ta’ kura tas-saħħa sekondarja. L-infrastruttura ‘state-of-the art’ għall-edukazzjoni setoffri opportunità akbar lill-istudenti, biex jibbenefikaw minn edukazzjoni ta’ kwalità għolja, xelta akbar ta’ korsijiet uaktar ħiliet relevanti li se jirriżultaw f’impjiegi aħjar.
Is-Segretarju Parlamentari Borg konkluda billi rringrazzja lill-PPCD għall-ħidma kontinwa tagħhom, u ddikjara li l-Gvern huwa impenjat li jindirizza il-ħtiġijiet u l-interessi tal-komunità.
Ritratt: DOI