B’avviż legali li se jiġi ppubblikat fis-seħħ fil-jiem li ġejjin, id-djar tal-anzjani kollha f’Malta u Għawdex se jaraw l-introduzzjoni ta’ seba’ standards soċjali regolatorji, li se jtejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ dawn l-anzjani.
Dan propju tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Istandards Dr Angele Ellul Fenech.
L-ewwel standard huwa dak tad-Drittijiet ta-Resident, fejn hawnhekk l-fost l-oħrajn l-anzjan jista’ irid jiġi trattat b’rispett u dinjità, jagħżel hu jekk jixtieqx jivvota, jingħataa rispett fi tmiem il-ħajja u jagħżel hu x’ġeneru li jipprovdilu l-kura.
It-tieni standard huwa fuq il-pjan ta’ kura personali u l-portafoll tal-anzjan. Hawnhekk tim ta’ professjonisti jridu jfasslu pjan, fi żmien ġimgħa mid-dħul tal-anzjan fid-dar residenzjali, biex isiru jafu kollox fuqu.
It-tielet jittratta s-Saħħa personali u l-kura medika tal-anzjani, fejn il-ħaddiema iridu jkunu preżenti fil-ħin tal-ikel, l-anzjani jingħataw dieta nutrittiva u skont ir-reliġjon tagħhom, id-dar ikollha preżenti bilfors tabib u jkun hemm aċċess għal kwalunkwe kura.
Ir-raba’ standard tħares lejn il-Protezzjoni u Salvagwardja. Hawnhekk l-anzjan se jiġi protett minn kull forma ta’ abbuż u n-negliġenza se tiġi rrappurtata lill-pulizija. Il-mard irid jiġi wkoll dokumentat.
Il-ħames standard huwa fuq l-Ambjent Fiżiku. Din tara li fuq barra jkun hemm żoni miftuħin, il-kmamar ikunu aċċessibli u siguri u li jkun hemm l-ogħla livell possibli ta’ indipendenza.
Is-sitt standard jiżgura li min jipprovdi s-servizzi jkollu r-riżorsi u servizzi li jaqdu l-ħtiġijiet tal-anzjani. L-anzjan jista’ issa jgħix fid-dar tal-anzjani bi prova qabel jiddeċiedi li jgħix hemm. Din l-istandard tara li l-anzjani jrid ikollhom aċċess għat-trasport f’każ ta’ bżonn. L-internet, telefown u televixin iridu jkunu bla ħlas.
Is-seba’ standard huwa fuq l-immaniġjar ta’ kwalità, fejn id-dar tal-anzjani trid tħaddem ħaddiema b’esperjenza u kwalitfikati, il-ħaddiema jriu jingħataw taħriġ u li jkun issorveljatu li f’kull ħin ikun hemm disponibbli ħaddiema li jafu jitkellmu bil-Malti u bl-Ingliż.
Il-Ministru Farrugia spjega li fuq kollox hu jrid li dejjem ikun hemm komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-amministrazzjoni tad-djar tal-anzjani.
Qal, “Se jkun hemm avviż legali li eventwalment mhux biss juri l-istandards xi jridu jkunu fit-tmexxija tad-djar tal-anzjani imma wkoll li jagħti s-snin lill-Awtorità biex min ma jikkoperax ikunu jistgħu jittieħdu l-passi neċessarji.”
Min-naħa tagħha Dr Ellul Fenech tenniet li dan kollu seta’ jsir wara xhur ta’ ħidma, anke fi żminijiet ta’ pandemija.
Spjega, “Kien hemm konsultazzjoni li damet minn Frar sa Awwissu biss l-Awtorità ħasset li ma tieqafx hemmek u ġabret ukoll kummenti mill-professjonisiti u anke tim intern raw il-kummenti u kif dawn jagħti dinjità lill-anzjani tagħna.”
F’din il-konferenza ntqal ukoll kif ħareġ kuntratt biex dar tal-anzjani tal-Imsida titwaqqa’ u terġa’ tinbena mill-ġdid.