Is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo ħabbar sitt lokalitajiet li se jkunu qed jibbenefikaw minn skema ta’ restawr fil-lokalitajiet.
Wara li intlaqgħu tletin applikazzjoni għal proġetti differenti ta’ restawr, issa ġew magħżula sitt progetti.
Dawn huma; in-niċċa ta’ San Mikiel Arkanġlu ġewwa ż-Żurrieq, in-niċċa ta’ San Ġużepp ġewwa ż-Żejtun, il-mina ta’ Hompesch ġewwa Haż-Żabbar, il-Knisja l-qadima ta’ Sant Anna f’Marsaskala, il-pont Prince of Wales tas-Sliema, il-Knisja ta’ Sant’Antnin u Santa Katerina f’Birkirkara.
B’kollox huwa mifhum li dan il-proġett se jkun qed jiswa madwar €150,000. B’hekk f’dawn l-aħħar sentejn se jkunu qed jintlaqtu mal-ħdax-il lokalità differenti. B’hekk jiġi protett mhux biss il-patrimonju ta’ pajjiżna iżda wkoll l-identità tal-lokalitajiet differenti.