Saru magħrufa s-semifinalisti tal-64 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali li s-serata finali tagħha se ssir nhar is-sibt 2 ta’ Marzu. Dan il-konkors prestiġġjuż qed ikun organizzat mill-Għaqda Ġurnalisti Sports.
Minn kull kategorija il-membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports se jkunu qed jagħżlu ħames finalisti li mbgħad jaghmluha għas-serata finali.
Il-Ħames finalisti f’kull kategorija se jiġu mħabbra nhar it-Tlieta 20 ta’ Frar 2024, filwaqt li s-semifinalisti tal-People’s Choice Award għamluha kollha għall-finali li se ssir nhar is-Sibt 2 ta’ Marzu 2024.
L-Assoċjazjonijiet u l-federazzjonjiet sportivi ġew mitluba li jissottomettu n-nominazzjonijiet tagħhom f’dawn il-kategoriji – Sportiv u Sportiva, Żagħżugħ u Żagħżugħa, Kowċ, Uffiċjal u t-Tim tas-Sena.
Dawn in-nominazzjonijiet ġew milqugħa sat-12 ta’ Jannar li għadda ġew kollha evalwati u eventwalment tnaqqsu għal-lista tas-semifinalisti kif jidhru hawn taħt:
SPORTIV TAS-SENA
Marlon Attard (Skeet Shooting)
Clayton Castaldi (Pool)
Clive Farrugia (Skeet Shooting)
Jordan Gusman (Athletics)
Steven Muscat (Blackball)
Jean Claude Pace (Horse Racing)
Giancarlo Sammut (Futsal)
Richard Schultheis (Sailing)
Brent Spiteri (Kickboxing)
Teddy Teuma (Football)
SPORTIVA TAS-SENA
Sue Abela (Bowling)
Eleanor Bezzina (Air Pistol Shooting)
Haley Bugeja (Football)
Philippa Busuttil (Gymnastics)
Francesca Curmi (Tennis)
Gail Diacono (Boxing)
Katryna Esposito (Judo)
Janet Richard (Athletics)
Colette Sultana (Squash)
Tenishia Thornton (Weightlifting)
ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA
Kai Azzopardi (Triathlon)
Liam Daly (Triathlon)
Rylee Borg (Weightlifting)
Nathan Degiorgio (Taekwondo)
Jake Castaldi (Blackball)
Matthew Galea Soler (Athletics)
Kayden Laganà (Bowling)
Steve Muscat (Pool)
Benjamin Vassallo (Sailing)
Timmy Vassallo (Sailing)
ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA
Thyis Antonelli (Karate)
Caylee Attard (Powerlifting)
Karlise Bartolo (Bowling)
Philippa Busuttil (Gymnastics)
Kim Camilleri Laganà (Weightlifting)
Ella Fenech Attard (Swimming)
Katrina Micallef (Sailing)
Thea Parnis Coleiro (Athletics)
Michela Scerri (Taekwondo)
Lijana Sultana (Squash)
KOWĊ TAS-SENA
Zeljko Aras (Athletics)
Gordon Asciak (Tennis)
Delon Dannhauser (Swimming)
Rodmar Pulis (Weightlifting)
Vince Saliba (Pool)
Roderick Tanti (Blackball)
Manuela Tesse (Football)
Jonathan Valletta (Water Polo)
Rick Vogelesang (Bowling)
Ditmir Vordinaj (Taekwondo)
UFFIĊJAL TAS-SENA
Rita Azzopardi (Aquatic Sports Association of Malta)
Jesmond Caruana (Malta Weightlifting Association)
Aldrin Cassar (Athletics Malta)
Christabel Damato (Special Olympics Malta)
Vincent Degiorgio (Malta Pool Association)
Philip Gatt (Malta Blackball Federation)
Joseph Grima (Malta Paralympic Committee)
Robert Portelli (Malta Rugby Football Union)
Paul Sultana (Malta Olympic Committee)
Anna Vassallo (Malta Taekwondo Association)
TIM TAS-SENA
Artistic Swimming – European Junior Championship Duet
Athletics – European Athletics Team Championship
Basketball – U18 Women National Team
Blackball – U18 Men National Team
Football – Women National Team
Pool – U18 Men National Team
Rugby League – Malta Knights
Bowling – Mediterranean Championship Women Doubles Team
Water Polo – U15 Boys’ National Team
Weightlifting – Mediterranean Championships Mixed Team
Fil-Kategorija People’s Choice Award, l-għażla se tkun b’100% televoting fuq in-numri tal-SMS rispettivi tagħhom, bil-pubbliku jista’ jivvota billi jibgħat sms vojt jew jikteb l-isem fuq in-numru abbinat ma’ kull indibidwu.
Il-Votazzjoni hija miftuħa mil-lum u tagħlaq fit-2 ta’ Marzu f’nofsinhar dakinhar tas-serata finali. Il-Vot lill-preferut / preferuta tagħkom irid jintbgħat bl-sms fuq in-numri abbinati ma’ kull finalista.
Dawn huma l-Finalisti fil-kategorija People’s Choice Award fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali l-64 edizzjoni.
Mario Bonello – Athletics: 50615031
Clayton Castaldi – Pool: 50615032
Gianluca Chetcuti – Trap Shooting: 50615033
Brent Spiteri – Kickboxing: 50615034
Matthias Spiteri – Sailing: 50615035
Sophie St. John – Gymnastics: 50615036
Colette Sultana – Squash: 50615037
Tenishia Thornton – Weightlifting: 50615038
Rhona Xerri – Malta Rugby Football Union: 50615039