L-istazzjon nazzjonali għadu kemm ħabbar is-60 semi-finalista li jinsabu f’kompetizzjoni biex jirbħu d-dritt li jirrapreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest tas-sena d-dieħla.
Ix-xahar li għadda kienu 156 kanzunetta li ġew sottometti għal Malta Eurovision Song Contest 2017. F’selezzjoni preliminari li saret wara l-bibien magħluqa sittin minnhom intgħażlu biex issa jkunu sittax biss li jagħmluha għas-serata finali li mistennija titella’ fi Frar li ġej.
Fost il-kantanti ta’ fama li jinsabu fil-kompetizzjoni hemm Kevin Borg, ir-rebbieħ ta’ Swedish Idol fl-2008.
Flimkien ma’ Borg insibu lil Claudia Faniello u Richard Edwards li qed jirritornaw f’din il-kompetizzjoni.
Edwards kien anki rrapreżenta lil Malta fil-Eurovision 2014 mal-grupp Firelight.
Ir-rebbieħ tal-Malta Eurovision 2017 se jintgħażel permezz tal-vot mill-pubbliku.