Waqt laqgħa li għamel il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza ġew elenkati l-linji gwida li se jidħlu fis-seħħ nhar il-Ġimgħa li ġej dwar l-operat tal-Qorti.
Dan wara li l-Ministeru ġab id-direttivi mingħand is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika. Dawn il-linji gwida nħarġu mill-Prim Imħallef flimkien mas-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika.
F’din il-laqgħa li għaliha attendew Assoċjazzjoni li tirrappreżenta lill-Membri tal-Ġudikatura, rappreżentanti mill-Kamra tal-Avukati, u s-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru, kien maqbul li terġa’ ssir laqgħa oħra fit-12 ta’ Ġunju biex jiġu diskussi l-ewwel jiem li fihom tkun reġgħet bdiet topera l-Qorti. Dakinhar se jittieħdu deċiżjonijiet li jkunu meħtieġa li jittieħdu.
Il-Ministru Zammit Lewis irringrazzja lill-partijiet involuti tal-koperazzjoni tagħhom, inkluż il-ħaddiema kollha tal-Qorti. Koperazzjoni li għenet biex Malta terġa’ tmur għan-normal u ċ-ċittadin ikollu aċċess sħiħ għall-Qrati u s-sistema ġudizzjarja.