Il-Malta Blackball Federation ħabbret il-lista ta’ plejers li se jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali Malti waqt il-kampjonati mondjali li se jsiru f’pajjiżna fil-bidu tax-xahar id-dieħel.
B’kollox se jkun hemm tmien kategoriji ta’ timijiet nazzjonali u dawn huma t-tim tal-irġiel u tan-nisa, is-seniors, il-grandmasters, il-masters u t-timijiet ta’ taħt il-15-il sena, taħt it-18-il sena u anke taħt it-23 sena.
It-tim tal-irġiel se jkun magħmul minn Mevrick Zammit, Leon Azzopardi, Johan Attard, Ryan Pisani, Lydan Debono, Scott Muscat u Dejan Grech bil-kowċ li hu Clevion Micallef.
It-tim tan-nisa se jkun magħmul minn Roberta Cutajar, Donna Bugeja, Lorna Micallef, Alexia Cassano, Ana Thomas u Amanda Mifsud. Huma se jitmexxew minn Darren Micallef.
Mill-banda l-oħra, Stephen Mangion, Clayton Castaldi, Clint Grima, Clint Azzopardi, Chris Tabone, Dione Tedesco u Kevin Schembri se jiffurmaw it-tim tas-seniors li se jitmexxa minn Malcolm Parnis.
Ishmael Hatherly se jmexxi lil Malta Masters li fih hemm Ivan Rizzo, Brian Grech, Antoine Aquilina, Jesmond Schembri, Christ Mills, Raymond Caruana u Marco Bonello.
Sadanittant il-Malta Grandmasters se jiġu kkowċjati minn Teemor Mifsud bil-plejers li huma Marcel Micallef, Iro Vella, John Lombardo, Gaetano Camilleri, Joe Camilleri u Alfred Micallef.
It-tim ta’ taħt it-23 sena se jkun magħmul minn Matthias Debono, Liam Mifsud, Daniel Vella, Deacon Formosa, Clydon Attard u Casdy Vella bi Glenn Axiaq li se jkun il-kowċ tagħhom.
It-tim ta’ taħt it-18-il sena se jkollu lil Chaylon Castaldi, Denzel Falzon, Steven Muscat, Mason Mifsud, Nordai Desira u Zveyden Tabone. Roderic Tanti se jkun il-kowċ ta’ dan it-tim.
Finalment l-iżgħar tim f’dan it-turnew se jkun dak ta’ taħt il-15-il sena b’erba’ plejers li huma Jake Castaldi, Nick Muscat, Dielyn Edwards u Shazen Ciantar.
Il-kampjonat mondjali tal-Blackball se jsiru f’lukanda prominenti f’Buġibba bejn it-2 u l-10 ta’ Novembru li ġej.