Din is-sena l-mixja tal-Ġimgħa l-Kbira b’risq Puttinu Cares se terġa’ ssir b’differenza. Dan hekk kif ser tittella’ matul il-lejl nhar il-Ġimgha 15 ta’ April f’nofsillejl.
Din hija s-17-il edizzjoni tal-mixja li ssir fil-lejl bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira.
Din is-sena se tkun b’dedikazzjoni speċjali għal żewġ persuni li huma għall-qalb Puttinu Cares – Dr. Victor Calvagna, President ta’ Puttinu Cares, u Anna Marie Farrugia li tiġi bint il-fundatur tal-mija Joe Vella li ħallietna fl-età ta’ 37 sena f’April 2020.
Din is-sena r-rotta se tkun differenti minn snin oħrajn b’sinifikat speċjali. Ser tibda minn żewġ postijiet differenti. L-ewwel post se jkun mill-pjazza tal-Mellieħa u l-ieħor mill-pjazza tal-Mosta peress li Anna Maria kienet mill-Mellieħa u Dr. Victor Calvagna kien joqgħod il-Mosta.
Il-mixja ser tintemm hdejn l-Aquarium Nazzjonali fil-Qawra.
Il-parteċipanti se jkunu mitluba joffru donazzjoni ta’ €10 sabiex jgħinu lill-Fondazzjoni Puttinu Cares.