Il-gvern se jnaqqas it-taxxa tal-boll sa massimu ta’ €3,000 għal dawk il-persuni li jbiegħu l-ewwel propjeta’u jixtru propjeta oħra. Il-persuni ma jridx ikollhom propjetajiet oħra .
Se tiġi estiża għall-sena oħra l-iskema tal-first time buyers. Permezz ta’ din l-iskema mhux se titħallas ebda taxxa tal-boll fuq l-ewwel €150,000.
Se tkompli ukoll l-iskema UCAs. Skema ta’ rifużjoni lill-first time buyers ta’ spejjeż fuq xogħol ta’ rstawr f’żoni skedati.
Bil-għan li l-gvern ikompli jinċentiva aktar persuni jixtru propjeta f’Għawdex , reġgħet ġiet estiża għal sena oħra tnaqqis fir-rata tal-boll minn 5% għal 2%.
Il-gvern ħabbar li se jitwaqqaf working group biex jagħmel rakkomandazzjonijiet fuq skemi bħall-equity release facilities.Skemi biex sidien ta’ ċertu eta’ iżidu d-dħul finanzjarju, ibbażat fuq il-valur tal-propjeta’, billi jidħlu fi ftehim ma’ istituzzjonijiet finanzjarji li jħaddmu skemi ta’ equity release facilities.