Id-diskussjoni fil-Parlament dwar l-Estimi Ġenerali se tibda l-għada li l-Prim Ministru jagħmel id-diskors tiegħu fit-30 ta’ Ottubru bi tweġiba għall-kritika tal-Kap tal-Oppoiżzzjoni. Il-Ministru għall-Finanzi se jaqra d-diskors tal-budget fit-22 ta’ Ottubru.Il-whip tal-gvern Byron Camilleri informa lill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra dwar l-iskeda tad-diskussjoni fejn il-Kamra se tkun qed tiltaqa’ tliet seduti kuljum.
L-iskeda kollha hija din:
22 ta’ Ottubru: Diskors tal-Budget;
29 ta’ Ottubru: Diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni;
30 ta’ Ottubru: Iwieġeb il-Prim Ministru;
31 ta’ Ottubru: Ġustizzja, Finanzi u Ekonomija;
1 ta’ Novembru: Uffiċċju tal-Prim Ministru, Turiżmu;
2 ta’ Novembru: Intern, Affarijiet Barranin;
5 ta’ Novembru: Edukazzjoni, Affarijiet Ewropej, Ambjent;
6 ta’ Novembru: Saħħa, Enerġija, Trasport;
7 ta’ Novembru: Għawdex, Familja.