Ġew ikkonfermati l-għaxar kandidati finali għat-tmexxija tal-Partit Konservattiv Ingliż, b’wieħed minnhom mistenni jkun il-Prim Ministru l-ġdid. Jeremy Hunt, Domnic Raab, Matt Hancock u Michael Gove, li niedew il-kampanij tagħhom qabel l-iskadenza tan-nominazzjonijiet, jinsabu kollha fuq il-lista.
Il-Membri Parlamentari Konservattivi issa se jieħdu sehem f’sensiela ta’ votazzjonijiet sabiex il-kandidati jitnaqqsu għal tnejn. Dawn imbagħad se jaffaċċjaw lill-membri kollha tal-Partit, sabiex ikun deċiż il-mexxej il-ġdid tal-partit u tal-pajjiż.
Il-lista, li tħabbret mill-Viċi Chairman tal-Kumitat 1922 tal-Partit Konservattiv Dame Cherly Gillan, tinkludi wkoll lil Boris Johnson, Mark harper, Sajid David, Andrea Leadsom, Esther McVey u Rory Stewart. Sabiex il-kandidati setgħu jikkontestaw, ried ikollhom l-appoġġ ta’ sitt Membri Parlamentari oħra.