Tard dalgħodu l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol ħabbret il-fixtures tal-ewwel tliet matchdays hekk kif il-Kampjonat Premier 2020 / 2021 ser jibda uffiċjalment is-Sibt 19 ta’ Settembru 2020.
Bla dubju jispikkaw il-ħinijiet ġodda li fihom ser ikunu qed jintlagħbu l-partiti hekk kif bejn partita u oħra ser jkun hemm sagħtejn u kwart sabiex jiġu ffumigati d-dressing rooms u postijiet oħra ta’ restrizzjoni.
L-ewwel ġurnata mill-Kampjonat Premier hija din:-
Is-Sibt 19 ta’ Settembru – Centenary Stadium:
17.00 Żejtun C. vs Santa Luċija
21.15 Mosta vs Gudja
Il-Ħadd 20 ta’ Settembru – Centenary Stadium:
17.00 Lija A. vs Senglea A.
21.15 Sliema W. vs Hibernians
Il-Ħadd 20 ta’ Settembru – Stadium Nazzjonali:
17.00 Tarxien R. vs Balzan
21.15 Floriana vs Gżira U.
It-Tnejn 21 ta’ Settembru – Stadium Nazzjonali:
17.00 Ħamrun S. vs Sirens
21.15 Valletta vs Birkirkara
It-Tieni ġurnata mill-Kampjonat Premier tibda tintlagħab il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru u tintemm il-Ħadd 27 ta’ Settembru filwaqt li t-Tielet ġurnata ser tibda tintlagħab l-Erbgħa 30 ta’ Settembru u tintemm il-Ħamis 1 t’Ottubru.
Sadinitant il-BOV Challenge League ser jibda il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru fejn fl-uniku partita St. Andrews jilagħbu konra Fgura United fil-19.30 fil-Luxol Stadium.
Ritratt: Joe Borg