Tħabbru l-finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali li se jsiru nhar is-Sibt 25 ta’ Frar. Din se tkun it-63 edizzjoni ta’ dawn l-awards tant prestiġġjużi u li għal sena oħra se jkunu organizzati b’mod konġunt minn SportMalta u l-Għaqda Ġurnalisti Sports.
Il-finalisti ġew imħabbra il-Ġimgħa filgħaxija waqt attivita’ li saret fis-Sala Teddie Borġ fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.
Qabel saret it-tħabbira tal-finalisti saret preżentazzjoni ta’ ċertifikati lis-semifinalisti kollha ta’ dan il-konkors sportiv.
Din is-sena se jkun hemm sitt finalisti f’kull kategorija bir-rebbieħa jitħabbru waqt is-serata tas-Sibt 25 ta’ Frar. Il-votazzjoni finali se tkun qed issir minn seba’ ġurnalisti sportivi li se jirrapreżentaw Media Houses differenti.
Għall-ewwel darba is-serata se ssir mis-Sir Temi Żammit Hall l-Universita’ u se tkun qed tixxandar b’mod dirett mit-8.30pm ‘il quddiem. Is-serata se tkun ippreżentata minn Mario Bonniċi u l-ex judoka Laurie Paċe.
Il-finalisti kollha huma:
SPORTIV TAS-SENA
Isaac Beżżina (Judo)
Clifferty Calleja (Żwiemel)
Kurt Farruġia (Para Rowing)
Dejan Grech (Eightball Pool)
Jake Tanti (Waterpolo)
Jeremy Żammit (Long Jump Atletika)
SPORTIVA TAS-SENA
Ella Borġ (Ġinnastika)
Francesca Curmi (Tennis)
Katrina Esposito (Judo)
Janet Richard (Atletika)
Colette Sultana (Squash)
Tenishia Thornton (Weightlifting)
TEAM TAS-SENA
Team Nazzjonali Basketball Irġiel
Team tad-Doppji Blackball
Team U25 Eightball Pool
Ħamrun Spartans FC
Team Nazzjonali Irġiel Waterpolo
Team U16 Subien Waterpolo
KOWĊ TAS-SENA
Melania Bajada (Football)
Mario Bonello (Atletika)
Jesmond Caruana (Weightlifting)
Anthony Farrugia (Waterpolo)
Karl Izzo (Waterpolo)
Damien Neil (Rugby Union)
UFFIĊJAL TAS-SENA
Peter Balzan (Waterpolo)
Terry Camilleri (Snooker)
Alan Grima (Handball)
Ronnie Spiteri (Waterpolo)
Anna Vassallo (Taekwando)
Rhona Xerri (Rugby Union)
ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA
Luke Bonello (Table Tennis)
Chaylon Castaldi (Blackball)
Alex Degabriele (Tennis)
Alec Fenech (Waterpolo)
Nick Mercieca (Para Rowing)
Nicholas Muscat (Bowling)
ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA
Philippa Busuttil (Ġinnastika)
Kim Camilleri Lagana’ (Weightlifting)
Sasha Gatt (Għawm)
Zea Montfort (Għawm Artistiku)
Liana Sultana (Squash)
Tenishia Thornton (Weightlifting)