Kienu evidenti l-mumenti ta’ tensjoni imħallta ma’ dawk ta’ ferħ u sodisfazzjon fost l-atleti lokali u l-uffiċjali sportivi waqt it-tħabbira tal-ħames finalisti tal-kategoriji prinċipali tal-65 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali, li saret nhar it-Tnejn filgħaxija.
It-tħabbira tal-finalisti saret fis-Sala taċ-Ċentinarju tal-Malta Football Association u s-semifinalisti kollha ngħataw ċertifikat ta’ tifkira.
Din iċ-ċerimonja kienet indirizzata minn Clinton Buhagiar u Lorraine Cunningham, President u Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sport (GħĠS) rispettivament.
Il-65 edizzjoni tal-Għazliet Sportivi Nazzjonali li se ssir nhar is-Sibt l-1 ta’ Marzu se tkun imxandra dirett fuq TVMsport+ u l-midja soċjali tal-GħĠS u se tkun qed tippremja rebbieħa fi tnax-il kategorija apparti li għal darb’oħra se jkunu qed jiġu introdotti membri ġodda fil-Hall of Fame.
Bi pjaċir ninnutaw li waqt is-serata finali se jkollna 24 sport differenti rrappreżentat hekk kif għal din l-edizzjoni kellna nominazzjonijiet b’saħħithom minn ħafna assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet. Filwaqt li fil-kategoriji prinċipali l-vot huwa f’idejn il-ġurija esperta u hemm xi unuri li huma fid-diskrezzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, dak tal-People’s Choice Award huwa totalment f’idejn il-pubbliku ġenerali li huwa mħeġġeġ jibgħat sms vojt fuq in-numri abbinati ma’ wieħed mill-għaxar finalisti.
L-Għaqda Ġurnalisti Sports tixtieq tirringrazzja lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, National Lottery, Atlas Insurance, Bank of Valletta, Enemed, Responsible Gaming Foundation, VisitMalta, Teamsport, SWEAT u Bolt għas-sostenn kontinwu tagħhom lejn l-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment annwali, kif ukoll lejn l-isport f’Malta.

IL-FINALISTI FIL-KATEGORIJA SPORTIV TAS-SENA
Neil Agius – Għawm Open Water
Norbert Attard – Darts
Brian Cini – Snooker
Lydan Debono – Blackball
Nico Sciberras – Sparar Trap
IL-FINALISTI KATEGORIJA SPORTIVA TAS-SENA
Michelle Bonnici Mallia – Brasilian Jiu Jitsu
Francesca Curmi – Tennis
Katryna Esposito – Judo
Sasha Gatt – Għawm
Tenishia Thornton – Weightlifting
FINALISTI KATEGORIJA ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA
Jake Castaldi – Pool
Jayden Cutajar – Water Polo
Kayden Laganà – Bowling
Nathan Mifsud – Weightlifting
Julian Scerri – Squash
FINALISTI KATEGORIJA ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA
Thyis Antonelli – Karate
Kim Camilleri Laganà – Weightlifting
Katrina Micallef – Ibburdjar
Michela Scerri – Taekwondo
Sophie St. John – Ġinnastika– Squash
IL-FINALISTI TAL-KATEGORIJA KOWĊ TAS-SENA
Jesmond Caruana – Weightlifting
Noel Cassar – Pool
Milan Ćirović – Water Polo
Noel Mercieca – Kickboxing
Clevion Micallef – Blackball
IL-FINALISTI KATEGORIJA UFFIĊJAL TAS-SENA
Terry Camilleri – Malta Billiards & Snooker Association
Vincent Degiorgio – Malta Pool Association
Philip Gatt – Malta Blackball Federation
Karl Izzo – Aquatic Sport Association
Bjorn Vassallo – Malta Football Association
IL-FINALISTI TIM TAS-SENA
Tim Nazzjonali tal-Irġiel tad-Doubles Masters ’l fuq minn 50 sena tal-Blackball kompost minn Chris Mills u Jesmond Schembri li ħadu sehem fil-Kampjonati tad-Dinja
Tim Nazzjonali tal-Irġiel tad-Doubles taħt il-ħmistax-il sena tal-Blackball kompost minn Jake Castaldi u Dielyn Edwards li ħadu sehem fil-Kampjonati tad-Dinja
Tim Nazzjonali tal-Irġiel taħt it-tmintax-il sena tal-Pool kompost minn Steve Muscat, Jake Castaldi, Denzel Falzon u Nick Muscat li ħadu sehem fil-Kampjonati tad-Dinja
Tim Nazzjonali tal-Irġiel tal-kbar tal-Water Polo li ħadu sehem fit-Tazza tad-Dinja Tieni Diviżjoni u l-Kampjonati Ewropej
Tim Nazzjonali mixed tal-Weightlifting kompost minn Tenishia Thornton u Rylee Borg li ħadu sehem fil-kampjonati tal-Konfederazzjoni tal-Unjoni Ewropea
IL-FINALISTI TAL-PEOPLE’S CHOICE AWARD
Neil Agius (Għawm Open Water) 5061 5031
Sam Cassar (Badminton) 5061 5032
Jake Castaldi (Pool) – 5061 5033
Gianluca Chetcuti (Sparar Trap) – 5061 5034
Brian Cini (Snooker) – 5061 5035
Bryan Corlett (Rugby Football Union) – 5061 5036
Rodney Gatt (Tiġrijiet taż-Żwiemel) – 5061 5037
Kayden Laganà (Bowling) – 5061 5038
Fabio Spiteri (Triathlon) – 5061 5039
Tenishia Thornton (Weightlifting) – 5061 5040
IL-FINALISTI TA’ SPORT FOR SOCIAL CHANGE AWARD
Fgura United Football Club – Richmond Foundation Football Festival & Football Marathon in aid of Puttinu Cares
Fondazzjoni Caritas – Caritas Run for Life
Ħamrun Ħanin – Autism Awareness Initiatives
Malta Triathlon Federation – Fabio Spiteri Ultra Endurance Initiatives
Move – Pump It programme of street sports
Il-65 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali qed issir bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, kif ukoll grazzi għall-isponsors li huma SWEAT, National Lottery, Atlas Insurance, Bank of Valletta, Enemed, Responsible Gaming Foundation, VisitMalta, L-Awtorità Maltija għall-Integrità fl-Isport (AIMS), Colourbars, Teamsport u Bolt.

