Il-Kumitat Festi Nazzjonali jħabbar dawn l-attivitajiet biex jitfakkar id-39 anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien.
Iċ-ċerimonja kommemorattiva se ssir nhar is-Sibt, 24 ta’ Marzu 2018 hekk:
10.30 a.m. Marċ li jibda minn Triq ix-Xatt ta’ Bormla, f’Bormla li jibqa’ għaddej minn Triq San Lawrenz, il-Birgu sa quddiem il-Monument tal-Ħelsien, il-Birgu
10.45 a.m. Wasla tal-Banda u l-kontinġent tal-Forzi Armati quddiem il-Monument tal-Ħelsien
10.50 a.m. Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati
10.53 a.m. Wasla tal-Kap tal-Oppożizzjoni
10.55 a.m. Wasla tal-Prim Ministru
11.00 a.m. Wasla tal-President ta’ Malta
Il-President ta’ Malta tispezzjona l-Gwardja tal-Unur
Il-President ta’ Malta, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni jitilgħu fuq il-monument fejn jindaqq l-innu tal-Ħelsien, tindaqq il-Fanfarra u jsir it-tqegħid tal-bukketti
Jindaqq l-Innu Nazzjonali
Imbagħad it-Tnejn, 2 ta’ April 2018 ser ikun hemm wirja mużikali li tibda b’wirja Mużikali mill-Banda tal-Forzi Armati u mill-Banda tal-Pulizija fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta fl-10.30am.
Ikun imiss ir-regatt nhar is-Sibt, 7 ta’ April 2018 li tibda fil-11.45 a.m fil-Port il-Kbir organizzata mill-Għaqda Regatta Nazzjonali bl-għajnuna ta’ SportMalta. Ikun hemm tiġrijiet tad-Dgħajjes A tal-Midalji – Frejgatini – Dgħajjes Ċ tal-Pass – Kajjikki – Dgħajjes B tal-Pass fil-Kategoriji Open u Reserves. Wara kull tiġrija ssir il-preżentazzjoni tat-tazzi u tal-palji tat-tiġrija partikolari. Wara li jispiċċaw it-tiġrijiet kollha ssir preżentazzjoni tax-Shield lill-club li jikseb l-akbar għadd ta’ punti fit-tiġrijiet tal-Kategorija Open u oħra fil-Kategorija Reserves.