Betlehem f’Għajnsielem se jkun qed isir għat-tnax-il darba.
Fit-tħabbira tal-organizzaturi għal din it-tnax-il edizzjoni ġie spjegat li l-presepju ħaj f’Għajnsielem, Għawdex ser ikun mifrux fuq medda ta’ 25,000 metru kwadru u mistenni joffri esperjenza unika bħas-snin preċedenti.
Din is-sena, b’differenza din l-attività ser tinvoli li kull min jagħżel iżura f’mixja ta’ madwar tletin minuta jara l-attrazzjonijiet biex tkun konformi mal-protokolli maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika.
Għalhekk għal din l-edizzjoni, il-viżitaturi għandhom jibbukkjaw online u jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-vaċċin mad-dħul. Bi tfal ta’ taħt it-tnax-il sena m’hemmx għalfejn jippreżentaw il-vaċċin iżda xorta huma mitluba jibbukkjaw minn qabel.
Il-biljetti jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit: http://www.ghajnsielem.com/bethlehem
