Il-Ministru Helena Dalli ħabbret għadd ta’ proposti għal bidliet fil-liġi tax-xogħol.
Fost dawn il-bidliet hemm dawk li jikkoncernaw il-leave tal-ħaddiema, b’mod partikolari l-employer se jkun obbligat ukoll li fil-bidu tas-sena javaż l-ħaddiema dwar kif ser jitqassam il-leave obligatorju eżempju ‘shutdown’.
Dan intqal waqt konferenza tal-aħbarijiet f’wieħed mill-ħwienet ta’ ‘The Convenience’ fejn l-Operations Manager Andrew Attard sostna kif uħud minn dawn il-miżuri diġà implimentahom il-kumpanija tagħhom minn jeddha u ħallew effett pożittiv.