Tard wara nofsinhar l-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol ħabbret id-dettalji tal-aħħar ġurnata tal-Kampjonat Premier 2021 / 2022. Dan huwa l-ewwel kampjonat li ħa jkun qed jispiċċa b’mod normali wara li l-aħħar żewġ kampjonati ġew imwaqfa minħabba l-Covid-19.
Il-logħob se jkun maqsum fuq tlett ijiem.
Il-Ħamis fil-19.00 fl-Stadium Nazzjonali jilgħabu kontra xulxin Gudja United u Floriana filwaqt li fl-stess ħin pero fit-Tony Bezzina Stadium jilgħabu Mosta kontra Sirens.
Il-Ġimgħa żewġ logħbiet oħra fl-stess ħin minħabba li kemm Santa Lucia u anke Balzan jinsabu bl-stess ammont ta’ punti biż-żewġ timijiet ser ikunu qed jilgħabu sabiex jevitaw ir-relegazzjoni. Fil-19.00 fl-Stadium Nazzjonali Valletta jilgħabu kontra Santa Luċia FC filwaqt li fil-19.00 pero fit-Tony Bezzina Stadium Sliema Wanderers jilgħabu kontra Balzan.
Anke t-tielet u r-raba post fil-klassifika għadhom inċerti u għalhekk anke s-Sibt se jintlagħbu l-aħħar żewġ partiti fl-stess ħin. Fl-16.00 fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali Birkirkara jilgħabu kontra Ħamrun Spartans filwaqt li ċ-ċampjins il-ġodda tal-Kampjonat Premier Hibernians jilqaw lill-Gżira United fit-Tony Bezzina Stadium.
Interessanti l-fatt li għal ewwel darba f’dawn l-aħħar snin iċ-ċampjin tal-Kampjonat Premier mhux ser ikun qed jirċievi t-tazza ta’ ċampjins fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.