Koppji jew ommijiet li jkunu japplikaw għall-iskema tar-rifużjoni fuq għotijiet għall-mediċini tal-IVF se jingħataw bejn €500 u €2,500 filwaqt li min ikun nefaq iktar wara verifikazzjoni wkoll se jkun ikkumpensat.
F’konferenza tal-aħbarijiet wara t-tħabbira tal-Prim Ministru nhar il-Ħadd li għadda, it-Tabib ewlieni tal-Gvern Walter Busuttil spjega l-proċess ta’ kif tista’ ssir applikazzjoni għal dawn l-għotijiet.
“Fiha jkunu jistgħu jimmarkawlna jekk kellhomx intrauterine insemination, jekk kellhomx embro transfer u jekk kellhomx stimulated cycle. Il-persuna nnominata tkun tista’ tgħinhom biex dawn jagħmluha u fuq il-formola ħa jkollna wkoll post fejn ikunu jistgħu jagħmlu l-IBAN number tagħhom biex il-flus aħna nkunu nistgħu ngħadduhom lill-individwi mingħajr diffikultà kbira.”
Tenna wkoll kif se jiġu allokati l-ħlasijiet.
“Meta kkalkulajna kemm jintnefqu flus aħna pruvajna li dawk li jkollhom intrauterine insemination inkunu qed nkopru l-biċċa l-kbira tal-expenses u dawn ntuhom €500, lil dawk li jagħmlu embryo transfer inkunu qed intuhom €1,000 u dawk li jkunu għamlu a stimulated cycle ntuhom €2,500. Nistgħu nifhmu li mhux kulħadd jonqfoq
It-tabib Busuttil tenna li se dawk il-koppji li ħallsu għal mediċini ftit qabel tħabbret din l-iskema se jsir tentattiv li wkoll jiġu mgħejjuna.
Intant id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne spjega li b’kollox mill-2014 lil hawn għal kull ċiklu tal-IVF li ngħata mingħajr ħlas, Gvern Laburista ħallas bejn €15,000 u €20,000.
“Kellna suċċess, 252 tarbija, 252 miraklu li wieldu grazzi għall-IVF fl-isptar Mater Dei. Xi wħud minnhom dawn illum huma tfal tal-iskola, tfal imqarbin u tfal fuq ruħhom u bla ebda dubju waħda mill-isbaħ affarijiet li jiena kelli l-privileġġ li nkun involut fiha kemm ilni fil-politika għal dawn is-snin.”
Il-Ministru Fearne ħabbar ukoll li bħalissa hawn 24 omm li qed jistennew 27 tarbija.
Dwar ir-rata ta’ suċċess id-Deputat Prim Ministru tenna kif din kienet waħda tajba ħafna u tħabbatha mal-aqwa pajjiżi li joffru is-servizz tal-IVF.
Din ir-rata tlaħħaq il-21.5%.
Hawn id-Deputat Prim Ministru aċċenna għal wegħda tal-Gvern li jagħti l-mediċini tal-IVF b’xejn hekk kif bdiet il-fażi ta’ xiri ta’ dawn il-mediċini biex dawn uffiċjalment jidħlu fil-formularju matul is-sajf li ġej.
Dwar il-possibiltà tas-Surrogacy, id-Deputat Prim Ministru tenna li x-xogħol dwarha huwa lest filwaqt li hemm abbozz ta’ liġi kważi finalizzat.