Il-ħames unjins li jirrappreżentaw il-ħaddiema tal-ferroviji fil-Belġju, ingħaqdu flimkien u ħabbru strajk ta’ 24 siegħa kull nhar ta’ Tlieta matul April jiġifieri fit-8, 15, 22 u 29 tax-xahar.
L-azzjonijiet mistennija wkoll ikomplu matul ix-xahar ta’ Mejju fejn skont stqarrija ta’ Pierre Lejeune li jirrapprżenta waħda mill-akbar unjins, ACOD Spoor, dawn se jkunu rrinforzati u gradwalment esteżi.
L-unjins qed jipprotestaw kontra l-pjanijiet tal-Gvern Federali biex iżid l-età ta’ rtirar u riformi oħra fil-liġi tax-xogħol.
Sadanittant nhar it-Tnejn 31 ta’ Marzu fil-Belġju se jkun qed iseħħ strajk ġenerali fejn ħaddiema mis-settur pubbliku u dak privat se jkunu qed jipprotestaw kontra l-miżuri ta’ awsterità fil-baġit kif propost mill-Gvern Federali.