Il-pensjonanti tas-servizz se jkunu qed jaraw titjib fil-pensjoni tagħhom.
Fil-fatt, il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana ħabbar kif dan it-titjib se jkun rifless fil-mod ta’ kif tinħadem il-pensjoni ai fini ta’ sigurtà soċjali.
Mis-sena d-dieħla dawn il-pensjonanti se jaraw l-ammont tal-pensjoni tas-servizz tagħhom, li ma jiġix ikkunsidrat għall-fini tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali, jiżdied b’€200 oħra.
B’hekk aktar pensjonanti tas-servizz se jkunu qed igawdu minn din il-miżura, filwaqt li jgawdu wkoll mill-miżura li malli jagħlqu 72 sena, l-ammont kollu mill-pensjoni tas-servizz ma jibqax jiġi kkunsidrat.
B’dawn il-miżuri mistenni li jibbenefikaw qrib 6,000 pensjonant tas-servizz.
Sadanittant, pensjonanti tas-servizz li jkunu għadhom ma laħqux l-età tal-irtirar u li la jaħdmu u lanqas jieħdu pensjoni tas-sigurtà soċjali, mis-sens d-dieħla ’l quddiem se jibdew jirċievu bonus addizzjonali għall-għoli tal-ħajja, ekwivalenti għaż-żieda sħiħa tal-għoli tal-ħajja.