Il-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) ħabbar il-kontinġent tiegħu għal-Logħob tal-Commonwealth li ġej li se jkun qed isir f’Birmingham bejn it-28 ta’ Lulju u t-8 ta’ Awwissu.
Malta se tkun qed tikkompeti f’disa’ dixxiplini differenti u se tkun rappreżentata minn disgħa u għoxrin atleta, li tlieta minnhom ikkwalifikaw bil-mertu tagħhom.
Id-Direttur tal-Isport u Chef de Mission Charlene Attard spjegat il-proċess ta’ kwalifika li kellhom jagħddu minnhom l-atleti u nnutat li l-atleti tal-Weightlifting kienu l-uniċi atleti li kkwalifikaw fuq il-mertu tagħhom stess. Il-bqija tal-atleti, intgħażlu permezz tal-proċess ta’ allokazzjoni miftuħa, iżda nnutat li dawn laħqu l-Istandard Minimu ta’ Kwalifikazzjoni stabbilit mill-KOM
Julian Pace Bonello, President tal-KOM, irrimarka li l-esperjenza tal-kontinġent Malti varjat iżda madankollu, preżenti se jkun hemm xi wħud mit-talent promettenti ta’ Malta. Jingħaqdu mal-kontinġent se jkun hemm tliet membri tat-tim tal-2018 Women’s Fours Lawn Bowls li ġabu d-dar Midalja tal-Bronż. Pace Bonello rringrazzja lil Gvern, SportMalta u l-Commonwealth Games Federation ta l-għajnuna finanzjara pprovduta lil l-atleti għal dawn il-Logħob.
Huwa kompla billi ħabbar li Kijan Sultana (Squash) u Tenishia Thornton (Weightlifting) se jkunu qedin jerfgħu l-bandiera Maltija fiċ-ċerimonja tal-ftuħ fit-28 ta’ Lulju. Iż-żewġ atleti pproduċew riżultati eċċellenti fl-isfera internazzjonali bil-player ta’ Under 15 Sultana bbażat fl-Awstralja jirbaħ diversi avvenimenti internazzjonali, filwaqt li Thornton kienet l-ewwel weightlifter Maltija li rebħet it-titlu tal-Kampjonat Dinji taż-Żgħażagħ IWF 2022 fil-Kategorija 55kg. Hija wkoll rebħet it-Tazza tal-Unjoni Ewropea l-ġimgħa li għaddiet.
Il-Kontingent Malti se jkun akkumpanjat mill-President Julian Pace Bonello, is-Segretarju Ġenerali Kevin Azzopardi, Paul Sultana (Deputat Chef de Mission), Dr Lucienne Attard, Milos Stanisjvelic, Julian Rizzo Naudi u Dr Kurstein Sant (Medical) Team, David Azzopardi u Daniel Tanti Farrugia bħala Uffiċjali.
Il-Kontinġent Malti huwa kompost minn:-
Atletika – Atleti: Claire Azzopardi, Charlotte Wingfield, Janet Richard, Carla Scicluna. Kowċis/Ufficijal Rebecca Sare
Badminton – Atleti: Matthew Abela, Sam Cassar. Kowċis/Ufficijal Matthey Haynes
Ċiklizmu – Atleta: Aiden Buttigieg. Kowċis/Ufficijal Etienne Bonello
Judo – Atleti: Isaac Bezzina, Katryna Esposito. Kowċis/UfficijalAurelien Fleisz
Lawn Bowls – Atleti: Connie Rixon, Rosemarie Rixon, Rebecca Rixon, Iren Attard, Shaun Parnins, Mark Malogorski, Troy Lorimer, Peter Ellul. Kowċis/UfficijalRex Johnston, Joe Saragozza
Lotta – Atleti: Gary Giordimaina, Adam Vella. Kowċis/Ufficijal Jesmond Giordimaina
Squash – Atleti: Kijan Sultana, Colette Sultana, Niall Engerer, Lija Sultana. Kowċis/UfficijalRobert Sultana
Triathlon – Atleti: Danica Bonello Spiteri, Keith Galea. Kowċis/UfficijalWarren Muscat
Weightlifting – Athlete:s Tenishia Thornton, Yazmin Zammit Stevens, Roberta Tabone, Elisa Scicluna. Kowċis/UfficijalJesmond Caruana