Il-Budget reġa’ inkluda iżjed investiment fl-infrastruttura ta’ pajjiżna.
Dan permezz ta’ iżjed xogħol fil-programm tat-toroq kemm urbani, kif ukoll rurali.
Fost l-oħrajn ser ikunu qed jitkomplew ix-xogħlijiet li qed isiru fuq toroq arterjali biex jitlestew numru ta’ proġetti bħas-Central Link b’investiment ta’ €55 miljun ewro.
Fil-Budget għas-sena d-dieħla hemm allokati wkoll fondi għat-tkomplija ta’ xogħlijiet fuq il-mini ta’ Ħal Kirkop u l-intersection tal-ajruport u l-bypass tal-Imrieħel fost l-oħrajn.
Intqal kif dawn il-proġetti qed ikunu kkumplimentati bi tħawwil ta’ siġar maturi u pjanti oħra.
Intqal kif s’issa tħawwlu aktar minn 32,000 siġra u aktar minn 20,000 arbuxelli.
L-investiment ser ikompli anke f’Għawdex hekk kif fl-2022 ser ikomplu x-xogħlijiet fuq numru ta’ ta’ toroq arterjali u residenzjali.
Dan filwaqt li ser jibda wkoll ir-restawr tal-fdalijiet tal-akwadotti li jinsabu fil-konfini tar-Rabat.
Tħabbar ukoll kif ser issir riġenerazzjoni tal-pjazza ewlenija tal-Munxar u tas-Sannat.