Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ) huwa l-korp rappreżentattiv nazzjonali għaż-żgħażagħ Maltin kollha ta’ bejn it-13 u l-35 sena. Waqt il-laqgħa ġenerali annwali tiegħu, inħatru ir-rwoli tat-tim eżekuttiv il-ġdid, li huwa magħmul minn 9 individwi.
Ir-rwoli rispettivi tagħhom huma kif ġej:
Mariah Zammit – President
Cherise Sultana – Viċi President
Michaela Vassallo – Segretarju Ġenerali
Mikhail Baldacchino – Uffiċjal Finanzjarju
Kay Attard – Uffiċjal Nazzjonali
Chloë Cauchi – Uffiċjal Internazzjonali
Nikos Chircop – Uffiċjal tal-Advocacy
Owen Cachia – Youths Community Officer
Matthew Schembri – Uffiċjal tar-Relazzjonijiet Pubbliċi
Il-President il-ġdid, Mariah Zammit, qalet li tinsab estremament onorata li qed tmmexxi tim mill-aqwa.
“L-għan ta’ dan it-tim huwa li jiżgura li aħna ż-żgħażagħ inkunu rappreżentati tajjeb u l-vuċijiet tagħna jinstemgħu. Ħerqana biex nara x’għandu x’joffri l-ġejjieni”.
Il-President tal-KNŻ, Mariah Zammit