Il-fabbrika tal-istampar Gutenberg Press se tkun qed tinvesti €7 miljun fiż-żewġ fabbriki li għandha f’Ħal Tarxien u Bulebel. Il-familja li tmexxi dan in-negozju ħabbret dan l-investiment kbir waqt żjara li kien qed jagħmel il-Prim Ministru f’waħda mill-fabbriki tagħhom.
Dan l-investiment se jkun qed jinqasam f’żewġ partijiet. Filwaqt li l-kumpanija se tkun qed tinvesti €4 miljun f’magni ġodda li jħammġu anqas u li huma aktar effiċjenti se jkunu qed jestendu l-impjant li ghandhom f’Bulebel. Din il-kumpanija se tkun qed tinvesti €3 miljuni f’estensjoni tal-fabbrika ta’ Bulebel.
F’diskors li għamel il-Prim Ministru laqa’ dan l-investiment u qal li bħala Gvern huwa kburi b’din il-kumpanija li kibret ferm tul dawn l-ahhar snin. Spjega kif is-settur tal-printing f’pajjiżna ħa spinta l-quddiem tul dawn is-sitt snin. Huwa qal li is-settur tal-printing qed iħaddem fih mal-1600 ruħ. Spjega wkoll kif is-sena l-oħra l-ammont ta’ materjal esportat minn pajjiżna rdoppja meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.