Il-Ministru José Herrera ħabbar investiment ta’ nofs miljun ewro f’vetturi u inġenji li minnhom se jkun qed jibbenefika d-Direttorat tal-PARKS (Parks, Afforestation and Countryside Restoration).
Liema fondi ġew investiti ukoll f’żewġ karozzi elettriċi li se jkunu qed jintużaw flok il-vetturi tradizzjonali mill-Ministeru. Fil-jiem li ġejjin se tkun qed tiġi introdotta ukoll riforma fid-Direttorat tal-PARKS. Riforma li se tkun qed iżid ir-responsabbiltá ta’ dan id-Direttorat, primarjament fl-immaniġjar tas-siti ta’ Natura 2000.Id-Direttur ta’ PARKS, Herman Galea, spjega kif dawn l-inġenji ġodda se jkunu qed jgħinu fl-operat tagħhom b’referenza għal xogħlijiet relatati mal-afforestazzjoni.