Fix-xhur li ġejjin se jkun qed isir investiment fi Blockchain Lab fil-MITA. Apparti minn hekk se jiġi varat programm ta’ taħriġ għall-impjegati fiċ-ċivil, dan sabiex jitħarġu dwar l-użu ta’ din it-tip ta’ teknoloġija.
Dan qed isir hekk kif il-Gvern jinsab kommess li jagħmel lil Malta ċentru ta’ eċċellenza fit-teknoloġija tal-Blockchain. Teknoloġija li tista’ tiftaħ swieq ġodda għal Malta.
Il-Gvern se jkun qed iniedi web-portal li se sservi bħala mezz ta’ komunikazzjoni ma’ individwi li huma interessati fi blockchain u cryptocurrencies.
Se tkun qed tiġi pprovduta għajnuna lil startups li jaħdmu fuq din it-teknoloġija fejn se jipprovdi s-sapport meħtieġ fejn għalekk se jkun qed jitwaqqaf Blockchain Hub.