Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar il-ġranet u l-ħinijiet li fihom se jkunu impenjati il-ħames atleti maltin li se jkunu qed jikkompetu fil-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi. Il-logħob jibda nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Lulju biċ-ċerimonja tal-ftuħ u jibqa’ għaddej sal-Ħadd 11 ta’ Awwissu.
Il-programm kollu tal-atleti maltin huwa dan:
Is-Sibt 27 ta’ Lulju: Katryna Esposito (Judo) Kategorija -48kg. Ħin 10am – Champ de Mars Arena (Round Preliminari)
It-Tnejn 29 Lulju: Gianluca Chetcuti (Sparar Trap). Ħin 9am – Chateauroux Shooting Centre (Kwalifikazzjoni L-Ewwel Ġurnata)
It-Tlieta 30 ta’ Lulju: Gianluca Chetcuti (Sparar) Trap. Ħin 9am – Chateauroux Shooting Centre (Kwalifikazzjoni It-Tieni Ġurnata)
It-Tlieta 30 ta’ Lulju: Sasha Gatt (Għawm) 1500m women freestyle. Ħin 11am – Paris La Defense Arenas (Heats)
Il-Ħamis l-1 ta’ Awwissu: Kyle Micallef (Għawm) 50m men freestyle. Ħin 11am – Paris La Defense Arenas (Heats)
Is-Sibt 3 ta’ Awwissu: Beppe Grillo (Atletika)100m men. Ħin 11.45am – Stade de France (Round Preliminari)




