Tħabbar il-preżentatur li se jkun qed jieħu ħsieb is-serata finali tal-Malta Eurovision Song Contest. Dan hekk kif dalgħodu tħabbar li se jkun Colin Fitz. L-aħbar tħabbret waqt programm tar-radju fejn Fitz se jkun il-preżentatur tal-MESC għal din is-sena li se jkun qed jittella’ fit-3 ta’ Frar.
Fitz huwa wieħed mill-preżentaturi fuq ir-radju Magic Malta u kemm-il darba ppreżenta avvenimenti mużikali.

Photo : JJ Chircop